Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, żar lill-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fil-Belt Valletta.
Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tax-xogħol tagħhom u ddiskuta mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, il-Perit Michelle Piccinino, kif jistgħu jittejbu s-servizzi offruti. Hu saħaq dwar l-importanza li jkompli jsir aktar xogħol mill-aġenzija biex, filwaqt li jitkomplew il-proċessi li għaddejjin bħalissa għal iżjed effiċjenza, ikompli jingħata servizz ta’ kwalità ogħla lill-pubbliku.
L-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hi responsabbli biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-amministrazzjoni pubblika relatati mar-reġistrazzjoni tal-artijiet kif regolata bl-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet u r-Reġistrazzjoni tal-Condominia.
F’din iż-żjara, il-Ministru Zrinzo Azzopardi kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru, Carlos Tabone.