Fi stqarrija l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ċaħad bl-aktar mod kategoriku u assolut dak li vvinta fuqu d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali.
Azzopardi allega fi Frar li għadda mart Yorgen Fenech marret id-dar ta’ Zammit Lewis iżda l-Ministru qal li din l-allegazzjoni hija għal kollox falza u tingħaqad ma’ sensiela ta’ stqarrijiet foloz li kulħadd issa dera mingħand Jason Azzopardi.
Il-Ministru tenna li l-ebda attakk sistematiku fuq il-personalità u l-karattru tiegħu mhu se jxekkluh milli jkompli jaqdi d-dmirijiet ministerjali tiegħu.
Qal li se jkompli jaħdem fuq riformi storiċi u bla preċedent hekk kif maqbula mal-Kummissjoni Venezja, bil-għan aħħari li jkomplu jissaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza tajba f’pajjiżna.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/11/mart-yorgen-fenech-tgiddeb-lil-jason-azzopardi-u-tghid-li-kienet-hal-lija-ghal-appuntament-mediku/