Il-Ministru għall-Affarijiet Esterni u l-Kultura tal-Indja, Meenakshi Lekhi żaret il-festa ta’ Ħad-Dingli mal-wasla tagħha f’pajjiżna lbieraħ.
Il-Ministru Lekhi, flimkien mall-Ministru Ian Borg, rat b’għajnejha l-kultura rikka ta’ pajjiżna. Fost l-oħrajn hija segwiet il-purċissjoni tal-istatwa ta’ Santa Marija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija esperjenzat ukoll fl-aqwa tagħhom il-Knisja Arċipretali u l-poplu Malti f’Ħad Dingli.
Fuq Facebook hija awgurat lill-poplu ta’ Ħad-Dingli l-festa t-tajba.