Il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna kien fost Ministri tal-Finanzi Ewropej oħra u Gvernaturi tal-Bank Ċentrali mill-Italja, mill-Greċja, mill-Portugall, minn San Marino u mill-Albanija li ħadu sehem f’diskussjoni f’Lisbona mtellgħa mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Bank Dinji tal-Kostitwenza.
Il-laqgħa, organizzata mill-Ministeru tal-Finanzi Portugiż, indirizzat kwistjonijiet ta’ interess komuni bħall-munita ewro, kwistjonijiet ta’ governanza fl-IMF, il-bidla fil-klima u kwistjonijiet strateġiċi oħra relatati mal-Bank Dinji.
“Kellna ċ-ċans niddiskutu kwistjonijiet importanti u kif għandna nirreaġixxu għalihom. Ninsab grat għall-Ministru tal-Finanzi Portugiż, Mario Centeno, talli organizza din il-laqgħa tant importanti”, qal il-Ministru Scicluna.
Il-Professur Scicluna kien akkumpanjat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Dr. Mario Vella.