Fil-15 –il edizzjoni tal-Maratona “Oħloq Tbissima”, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta donazzjoni t’€10,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Flus li se jmorru biex isaħħu x-xogħol tal-missjunarji Maltin biex jgħinu familji fqar jgħixu aħjar.
Il-Maratona “Oħloq Tbissima” qed tiġbor flus għall-missjoni fil-Peru, fil-Filippini, fil-Pakistan, u għal Dar San Ġużepp f’Santa Venera.
Maratona ta’ 60 siegħa li qed tiġi mxandra fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ TVM, ONE u NET.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jipparteċipa u jgħin billi jagħti d-donazzjoni tiegħu.