F’forum tas-Sigurtà Internazzjonali, ftit sigħat wara li l-gwerra daħlet fil-mitt jum tagħha, il-Ministru tad-difiża tal-Ukrajna qal li huwa possibli li l-gwerra mar-Russja tista’ tintemm sal-aħħar ta’ din is-sena.
Huwa qal li r-Russja qed tkompli tagħmel sforzi biex tokkupa l-istati kollha tagħha. Però wissa li sakemm ir-Russi jiġu mġiegħla joħorġu mill-Ukrajna, pajjiżi oħra qegħdin ukoll f’riskju.
It-twissija tiegħu dwar l-ambizzjonijiet tar-Russja saret wara li l-President Franċiż Emmanuel Macron qal li huwa vitali li r-Russja m’għandhiex tiġi umiljata bl-invażjoni tagħha.