Mill-ewwel jum ta’ Frar daħal fis-seħħ it-tielet patt soċjali mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Dan hekk kif daħlet fis-seħħ l-inizjattiva ta’ stabbiltà f’madwar erba’ mija u ħamsin prodott fi ħmistax-il-kategorija ta’ ikel differenti. Dawn se jkollhom tnaqqis ta’ mill-inqas ħmistax fil-mija fil-prezz tal-bejgħ rakkomandat tagħhom, skont il-prezzijiet stabbiliti f’Ottubru li għadda.
Dan daħal fis-seħħ wara li kien hemm ftehim storiku bejn il-Gvern, flimkien mal-importaturi u bejjiegħa jew sidien ta’ ħwienet tal-merċa.
B’dan il-ftehim se jibqa’ fis-seħħ sal-qari tal-Baġit li ġej u se jagħti stabbiltà fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali. Dan il-ftehim seħħ wara taħdidiet intensivi li saru mill-Ministeru għall-Ekonomija mal-importaturi u l-bejjiegħa sa mill-ewwel ta’ Novembru li għadda.
F’dan l-ewwel jum meta fuq l-ixkaffef tpoġġew għadd ta’ prodotti essenzjali bi prezzijiet stabbli, ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv Jonathan Shaw, li jmexxi disa’ supermarkets ewlenin f’pajjiżna. Huwa kellimna dwar l-andament f’dan il-jum u fil-jiem li ġejjin.
“Li żgur inti bħala supermarkets tagħna jkollna eluf ta’ prodotti, biss biss f’supermarket ikollna 20,000 prodott differenti, allura trid tbiddel it-tags u l-prezzijiet, jiġifieri dan mil-lum għal għada ovvjament, ma tistax tippreparahom ilbieraħ. Illum kien hemm andament normali, imma ovvjament fil-weekend ikunu aktar kurjuzi biex jaraw liema huma dawn il-prodotti li ċċaqalqu.”
Jonathan Shaw – Kap Eżekuttiv Welbee’s
Shaw tkellem magħna dwar ix-xogħol li kienet tinvolvi din l-inizjattiva importanti għall-familji Maltin u Għawdxin.
SOT 2 JONATHAN SHAW
KAP EŻEKUTTIV, WELBEE’S
“Għal bidu nista nammetti li kont ftit sorpriz meta kellimni l-Ministru, qalli bl-idea. Għax bħala supermarkets, diġà l-prezzijiet inżommuhom kompetittivi kemm nistgħu. Ovvjament, meta timporta, timporta u l-prezz fiss. Imma mbagħad bdejt nifhem u għedna la rridu nagħmluha, nagħmluha. Tajjeb għall-klijenti, allura meta mbagħad twaddab il-focus fuq il-klijent, tgħid din tajba għall-klijent, il-klijent jiġi l-ewwel u tagħmilha l-aħjar li tista’.”
Jonathan Shaw – Kap Eżekuttiv Welbee’s
Dwar din il-miżura kiteb ukoll fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela.