Il-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna jinsab f’Berlin fejn se jkun qed jindirizza l-midja Ġermaniża.
Dan wara li ġew ċirkolati allegazzjonijiet fabbrikati u infondati fil-midja Ġermaniża bl-intenzjoni ċara li jiksreditaw l-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta.
Il-Ministru se jkun qed jirreferi għall-gideb u tfigħ ta’ tajn tal-PN, li fost oħrajn jinkludu l-filmat li deher fuq NET TV li l-għan ewlieni tiegħu kien li jxerred fake news mhux biss f’pajjiżna iżda anke f’pajjiżi oħra bħal Ġermanja, bl-għan ewlieni li jaffettwaw b’mod negattiv is-settur finanzjarju.
Fi stqarrija, l-Ministeru tal-Finanzi spjega li dan qed isir minn individwi li l-unika interess tagħhom hu li jirbħu l-voti b’mod malizzjuz mingħajr ma jikkunsidraw il-ġid li qed jibbenefikaw minnu l-familji wara ħidma li saret mill-Gvern fuq mhedda ta’ snin biex dan is-settur jissaħħaħ.
Wara dan l-indirizz, il-Ministru Scicluna se jkollu laqgħa ukoll mal-Ministru tal-Finanzi Federali Ġermaniż Wolfgang Schäuble fil-Ministeru Federali tal-Finanzi.