Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Baronessa Patricia Scotland innominat lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici għal sfida li nediet hi stess biex personalitajiet mill-pajjiżi tal-Commonwealth jiddeskrivu x-xogħol li qed isir fil-pajjiż biex tkun miġġielda l-pandemija COVID-19.
Riċenti, Scotland stqarret fuq il-midja soċjali li semgħet bosta stejjer rigward ix-xogħol innovattiv li qed isir f’bosta oqsma fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth. Kien għalhekk li ħasset il-bżonn li tinnomina diversi personalitajiet mill-Commonwealth biex jispjegaw ix-xogħol li qed isir fil-qasam li jkunu ġejjin minnu.
Hija nnominat politiċi preżenti u bħlalissa, artisti, sportivi u attivisti, fosthom il-Ministru Owen Bonnici, li huwa l-ewwel Malti li ġie nnominat.
Fost il-personalitajiet li wieġbu għal din in-nomina hemm l-attriċi Joselyn Dumas u l-plejer tal-futbol Jonathan Mensah.
For today’s #HowIFightCOVID19 challenge, I nominate @OwenBonnici @JeremyGilley @lorddrayson @DHC_London @cjacy @TheRealAldenMcL @MEsipisu @MalahooForteQC @MariaHobday @WMutunga @BaronessGale
Please tell us what you are doing to fight #coronavirus
— Patricia Scotland QC (@PScotlandCSG) May 1, 2020
I have been overwhelmed with all the stories I have heard about innovative ways to stop the spread of #COVID19!
For the next week, I will be nominating people around the #Commonwealth to highlight the role they are playing and post the steps they are taking.#HowIFightCOVID19 pic.twitter.com/jUAdxvfZ17
— Patricia Scotland QC (@PScotlandCSG) April 24, 2020