Il-Ministru Konrad Mizzi kkonferma li se jkun qed jiltaqa’ mal-kumitat PANA tal-Parlament Ewropew. Kumitat li twaqqaf wara l-Panama Papers bl-iskop li janalizza s-sistemi finanznarji u taxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
F’Malta l-kumitat PANA mistenni jkollu ġurnata ta’ laqgħat bil-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wkoll huwa fost dawk li se jiltaqgħu miegħu. Mizzi kkonferma li se jaċċetta l-istedina b’telefonata maċ-chairman tal-kumitat il-Ġermaniż Langen Werner.
I have just phoned @langen_werner to inform him that I am accepting the PANA committee’s invitation.
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) February 17, 2017