Il-Ministru Konrad Mizzi ta struzzjonijiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jieħdu passi dixxiplinarji dwar persuna li kienet involuta f’inċident mal-ġurnalist Jacob Borg f’attività li kien dwar proġett relatat mal-ilma.
Il-persuna msemmija taħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Filwaqt li jikkundanna dan l-aġir bl-aktar mod assolut, il-Ministru jinnota li membru fis-segretarjat privat tiegħu għamel mill-aħjar biex iferraq dan l-inċident.
Intqal li filwaqt li l-Ministru Konrad Mizzi ma jaqbilx mal-argumenti tal-ġurnalist Jacob Borg, jemmen li l-ġurnalisti għandhom jitħallew jagħmlu xogħolhom. “Huwa għahekk li għalkemm il-ġurnalisti ippressaw, hu qagħad għad-domandi kollha,” qalet l-istqarrija tal-Ministru Mizzi.