Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħareġ mill-Isptar, wara li ddaħħal ilbieraħ, hekk kif jinsab pożittiv għall-Covid-19.
Il-Ministru Farrugia ħabbar dan fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Farrugia qal li mill-Ħadd, minn meta ħareġ pożittiv għall-virus, huwa beda jagħmel testijiet.
Issa ġie rilaxxat mill-isptar u se jkompli l-kwarantina d-dar.
Il-Ministru Michael Farrugia qal kif il-fatt li huwa mlaqqam kontra dan il-virus kien ta’ għajnuna biex ma jmurx għall-agħar.