Ilbieraħ filgħaxija waqt li kien fir-residenza tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kellu inċident meta waqa’ u sofra ġrieħi f’rasu.
Il-Ministru Michael Farrugia nżamm għall-osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar. Hu se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin u jkun apprezzat li jingħata ċans ta’ perjodu ta’ mistrieħ.