Il-familji u n-negozji se jibqgħu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tal-Gvern.
Dan intqal mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli waqt li wieġbet il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, hekk kif attendiet għal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, li ddiskuta l-kriżi fl-enerġija.
“Kommessi li nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna kemm f’livell nazzjonali u anke f’livell Ewropew biex naraw li nkunu qed nipproteġu lill-konsumaturi u anke lin-negozji fit-terminu l-qasir, jiġifieri fiż-żmien qasir imma rridu naraw ukoll li jkollna soluzzjonijiet li jagħmlu sens għal tul taż-żmien.”
Il-Ministri tkellmu wkoll dwar pjan fit-tul dwar dan is-settur, fosthom ix-xiri konġunt tal-gass u soluzzjoni Ewropea biex ikun hemm ħażna tal-enerġija.