Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li s-settur tal-agrikoltura għandu rwol importanti fiċ-soċjetà tagħna. Hija qalet dan meta meta ġiet ippreżentata bil-ktieb manwal mill-awtur Mario Joseph Salerno, President tal-Moviment Agrikolu Organiku ta’ Malta (Malta Organic Agricultural Movement).
Hija saħqet li dan il-manwal se jtejjeb mhux biss l-għarfien tagħna dwar il-biedja organika iżda huwa żieda milqugħa u meħtieġa għall-materjal attwali disponibbli għall-edukaturi tal-agr-industrija tagħna, u minjiera ta’ informazzjoni għall-istudenti kollha tal-agri-industrija
Il-manwal ‘Biedja Organika għal Ġejjieni Sostenibbli’ jindirizza diversi temi u se jintuża mit-tliet skejjel tal-agri-industrija u minn dawk l-edukaturi li huma interessati fil-prattiċi agrikoli differenti bħall-agrikoltura organika, il-bijodiversità, il-bijodinamika tal-ħamrija, agrikoltura konvenzjonali, ġonna vertikali, idroponiċi, akwaponiċi, agroekoloġija u suġġetti relatati dwar it-tibdil fil-klima u oħrajn.
Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti oħra fosthom il-finanzjament ta’ proġetti ħodor żgħar taħt Miżura 4 tal-Iskema ta’ Finanzjament tal-Infrastruttura Ekoloġika maħruġa mill-Fondazzjoni Galmajjistral u li għaliha l-iskejjel fir-reġjun tat-Tramuntana ta’ Malta kienu eliġibbli biex japplikaw. Galmajjistral hija fondazzjoni ta’ grupp ta’ azzjoni li tirrappreżenta ż-żoni tal-Majjistral f’Malta.
Id-diskussjoni ffukat dwar xogħol fuq ġonna vertikali fl-iskejjel, proġett li sejjer tajjeb, l-introduzzjoni tat-terapija permezz ta’ annimali domestiċi fi skejjel speċjali, it-tisħiħ tal-istudji dwar l-agri-industrija u t-titjib tal-prattiki agrikoli u l-edukazzjoni agrikola fl-iskejjel.
Il-pubblikazzjoni tal-ktieb manwali ġiet iffinanzjata 80% mill-Fondazzjoni Galxlokk u 20% mill-Moviment għall-Agrikoltura Organika ta’ Malta. Il-pubbliku ġenerali jista’ jissellef il-ktieb manwali mil-librerija pubblika fil-lokalità tiegħu u l-libreriji tal-iskejjel kollha se jkollhom kopja tal-ktieb manwal fil-ġimgħat li ġejjin.
Ritratt (MFED)