Il-Ministru José Herrera kien involut f’inċident tat-traffiku waqt li kien riekeb bħala passiġġier f’karozza privata. L-inċident seħħ fil-limiti ta’ Ħ’Attard.
F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd, għalkemm il-Ministru u l-mara tiegħu ttieħdu l-isptar għal aktar osservazzjonijiet. Kemm il-Ministru kif ukoll l-mara tiegħu ġew rilaxxati ftit tal-ħin wara.
Il-Ministru Herrera llum kompla bil-ħidma tiegħu.