Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, flimkien ma’ uffiċjali mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, l-OHSA u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA żaru sit ta’ kostruzzjoni fiż-żona industrijali tal-Marsa.
Il-Ministru Attard saħaq li Jum il-Ħaddiem din is-sena qiegħed ikun iċċelebrat fl-isfond ta’ sena li fiha saru riformi sostanzjali fis-settur tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, b’liġi ġdida għas-settur u regolamenti ġodda f’numru ta’ oqsma, inkluż dak tal-kostruzzjoni.
Bir-riformi ewlenin jinkludu wkoll regolamenti ġodda dwar siti stand-alone, assigurazzjoni obbligatorja, il-liċenzjar tal-bennejja u l-kuntratturi u anki servizzi ġodda għall-ħaddiema u ċ-ċittadini affettwati, bis-servizz tal-helpline 138 u s-servizzi addizzjonali ta’ avukati u periti bla ħlas għal dawk affettwati mill-kostruzzjoni.
“Wieħed mill-akbar impenji politiċi li dħalna għalih b’risq il-ħaddiema tagħna meta approvajna mill-Parlament il-liġi marbuta mas-saħħa u s-sigurtà. Liġi li bidlet il-qafas leġiżlattiv li kien hawn f’pajjiżna għal 20 sena b’tali mod li issa għandna liġi li tista’ tkompli għal tisħiħ aktar tanġibbli f’dan is-settur. Fil-fatt f’dawn ir-rigward fl-aħħar xhur anki rajna li nibnu fuq din il-liġi, inkluż b’regolamenti ġodda f’dawk li huma sit ta’ kostruzzjoni, anki b’reġistru ta’ nies kompetenti.”
JONATHAN ATTARD
