Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, kellu f’laqgħa bilaterali mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Michael McGrath fejn aġġornah dwar diversi riformi mwettqin fil-qasam tal-ġustizzja lokali, flimkien ma’ oħrajn, bħal dik marbuta mal-inkjesti maġisterjali u eventwalment ukoll dik marbuta mal-proċess ta’ kumpilazzjonijiet.
Din il-laqgħa segwit il-Kunsill tal-Ministri fi Brussell fejn tkompliet id-diskussjoni fuq diversi għodod leġiżlattivi.
“Żvolġiet diskussjoni mill-iktar importanti wkoll dwar is-saltna tad-dritt, fil-kuntest ta’ dan il-qafas demokratiku Ewropew fejn semmejt il-progress li sar f’pajjiżna, anke wara diversi riformi importanti fil-mod kif anke jiġu stabbiliti l-organi ġudizzjarji ta’ pajjiżna, liema riformi b’aktar tibdil intiż li jwassal għal aktar speċjalizzazzjoni f’diversi oqsma.”
Il-Ministru Jonathan Attard

Sadanittant waqt il-Kunsill tal-Ministri, ġew ittrattati diversi temi, inkluż il-ġlieda kontra l-impunità fl-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna u t-tisħiħ tal-applikabilità tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fejn l-istati membri saħqu dwar il-kordinament u l-importanza tagħhom.
Matul id-diskussjonijiet leġiżlattivi, żvolġiet diskussjoni interessanti wkoll dwar id-direttiva li tittratta l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ insolvenza, fejn il-Ministru Attard iċċara l-pożizzjoni ta’ Malta anke b’rispett lejn il-liġijiet li pajjiżna għandu fis-seħħ.