Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard attenda u pparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja li ltaqa’ fi Brussell.
Il-laqgħa bdiet b’diskussjoni dwar numru ta’ proposti leġislattivi, fosthom dwar regolamenti fuq ittrasferiment ta’ proċeduri f’materji kriminali u direttiva li temenda d-direttiva eżistenti dwar id-drittijiet tal-vittmi.
Dwar dan is-suġġett, il-Ministru Attard saħaq fuq kemm huwa ċar li hija meħtieġa ħidma biex tkompli tittejjeb
il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi u tiġi evitata l-vittimizzazzjoni mill-ġdid. Dwar il-kumpens għall-vittmi, huwa
qal li m’għandux ikun hemm dubji li l-kumpens għall-vittmi għandu jkun wieħed adegwat u li, sa fejn ikun
possibbli, dan għandu jasal mingħand l-awtur tar-reat.
Il-Ministru rrefera għall-ħidma mwettqa u li qed titwettaq mill-Gvern Malti fejn jidħlu l-vittmi, inkluż fejn jidħlu
t-tfal. Huwa qal li qiegħed isir investiment, fuq livell nazzjonali, sabiex jinħoloq ambjent favur it-tfal, inkuż fi
kwistjonijiet marbuta mal-liġi tal-familja.
l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u anke l-funzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) kienu wkoll fuq l-aġenda tal-Kunsill tal-Ministri. Dwar dan is-suġġett il-Ministru Attard irrimarka, “Ilkoperazzjoni fl-operat bejn l-EPPO u l-Awtoritajiet nazzjonali Maltin tjiebet b’mod effettiv u nħarsu ’l quddiem
biex inkomplu l-proċess leġislattiv fil-Parlament ta’ Malta, sabiex b’emendi fil-Kodiċi Kriminal tkompli
tissaħħaħ il-koperazzjoni operattiva.