Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ikkundanna l-mod kif inżabru siġar taż-żebbuġ fuq il-kampus tal-Università ta’ Malta. Qal li ttieħdu passi mar-regolatur f’dan ir-rigward u irrikonoxxa l-fatt li l-Università għarfet li dak li sar huwa ħażin.
Infatti l-Università diġa esprimiet is-sogħba tagħha għall-mod kif inżabru madwar sittin siġra fil-propjetà tagħha. Wiegħdet li se tara li fil-futur każ bħal dan ma jerġax iseħħ. Il-kwistjoni qed tiġi mistħarrġa mill-awtoritajiet tal-Università, biex jiddeċiedu jekk jeħdux azzjoni ulterjuri.
Fl-istess post se jixxettlu 30 siġra oħra taż-żebbuġ aktar tard din is-sena.