L-Ispeaker qal li ma jistax jiddeċiedi favur argument li l-Ministru Ian Borg żgwida lil Kamra tar-Rappreżentanti fi tweġiba parlamentari li ta.
F’ruling li ta fis-seduta parlamentari tal-lejla, Anġlu Farrugia qal li s-Sedja m’għandha ebda mansjoni fuq it-tweġibiet li jagħtu l-Ministri għal Mistoqsijiet Parlamentari hekk kif l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li jirregolaw l-interpellanzi ma tagħtihiex din is-setgħa għaliex hija għalkollox siekta dwar il-kontenut tat-tweġibiet.
Dan ifisser li s-Sedja ftit li xejn tista’ tintervjeni dwar kif il-Ministri jwieġbu d-Domandi Parlamentari.
It-talba għar-ruling li tilfet l-Oppożizzjoni ntalab mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar.