Il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg laqa’ rappreżentanti mill-GRTU fil-Ministeru fejn ġew diskussi bosta suġġetti li jgħaqqdu lill-GRTU ma’ dan il-ministeru, fosthom is-settur marittimu, il-mobilità elettronika u l-bejjiegħa bl-imnut.
Dr Borg tkellem dwar l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu mill-Ministeru u spjega li għandhom iħallu effett pożittiv fuq il-GRTU u fuq dawk kollha affettwati minnhom. Il-Ministru qal li jinsab ħerqan li jkompli jaħdem id f’id ma’ dawk kollha li attendew il-laqgħa u ma’ kull min jirrappreżentaw.