Malta kompliet tgħaddi l-messaġġ favur il-waqfien mill-ġlied permanenti f’Gaza.
Dan permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, waqt li kien qed jieħu sehem fil-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, fi Brussell.
Dwar Gaza, il-Ministru Borg enfassiza l-bżonn favur l-għajnuna umani u appella lill-Istati Uniti biex jikkonvinċu lill-Iżraeljani dwar il-waqfien mill-ġlied.
Dwar l-Ukrajna, Malta tkompli turi appoġġ lejn il-Ukraine Peace Formula, li hu l-uniku soluzzjoni favur il-paċi. B’waħda minn dawn il-laqgħat saret f’pajjiżna f’Ottubru li għadda.
“Magħna ngħaqdu s-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken, kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Dymtro Kuleba. Tennejt il-pożizzjoni ta’ Malta fuq iż-żewġ kunflitti fuq iż-żewġ gwerrer, kif ukoll laqgħat bilaterali kemm mal-Ministru Spanjol u mal-Ministru Franċiż.”
Qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-Ministru Ian Borg ipparteċipa fil-Forum Umanitarju Ewropew, li ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Belġju. Hawnhekk il-Ministru Borg f’isem il-Gvern Malti se jagħti s-sapport finanzjarju għal dan il-għan.
Il-Ministru Ian Borg żar ukoll il-Kwartieri tan-NATO, fejn għadda l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, li għandna tul din is-sena.