Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg kellu laqgħa bilaterali fi Brussell mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
Huma qablu dwar l-importanza li, f’Ġunju tas-sena d-dieħla, iċ-ċittadini Ewropej jeżerċitaw id-dritt tal-vot biex jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru Ian Borg qal li, matul il-laqgħa, ġew diskussi l-isfidi li għandha quddiema l-Unjoni għaż-żmien li ġej, l-irwol tal-Parlament Ewropew, u anke l-ħidma li għandha ssir b’mod aktar koordinat bejn it-tliet istituzzjonijiet prinċipali tal-Unjoni Ewropea biex isiru r-riformi u l-inizjattivi li hemm bżonn.