Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Ian Borg, flimkien mad-delegazzjoni Maltija, jinsab fi Vjenna, l-Awstrija, għall-ftuħ tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li se jkun qed jittella’ għada.
Mill-bidu ta’ din is-sena, Malta għandha l-Presidenza ta’ din l-akbar organizzazzjoni tat-tip tagħha għall-ewwel darba fl-istorja u Dr Borg se jkun qed jokkupa r-rwol ta’ Chairman-in Office. L-OSCE tħaddan rappreżentanti minn 57 pajjiż fid-dinja, mill-Ewropa, l-Amerka ta’ Fuq u l-Ażja.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru Borg kiteb kif jinsabu lesti biex jikkollaboraw u jiddiskutu triq ’il quddiem għal futur reżiljenti u sigur.
Malta ngħatat din il-pożizzjoni prestiġġjuża fuq il-bażi tar-reputazzjoni b’saħħitha li għandha kif ukoll għall-messaġġ konsistenti li twassal, dak favur il-paċi u d-djalogu.