Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg, jinsab fi New York fl-Istati Uniti, għat-78 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn għaddej b’numru ta’ laqgħat bilaterali u multilaterali.
It-Tnejn, il-Ministru Borg indirizza laqgħa ministerjali dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani u kif dan jista’ jerġa’ jkun rinvigorat.
Huwa attenda wkoll għal-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Ewropej fejn għal darb oħra, Malta sostniet li huwa kruċjali li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jsaħħu l-koordinazzjoni ta’ bejniethom.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin irrappreżenta wkoll lill-Gvern Malti fil-laqgħa ministerjali organizzata, li saħqet dwar l-isfidi globali li din il-problema ġġib magħha.
Huwa kien parti wkoll mis-Summit tal-Mexxejja dwar il-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli, fejn emfasizza kif aktar minn qatt qabel hemm l-importanza li tkun implimentata l-Aġenda 2030, biex l-istati kollha jkunu preparati u reżiljenti għal sorpriżi mhux mistennija li jistgħu jseħħu fid-dawl tal-kriżijiet u aħbarijiet devastanti li qed naraw.