Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Ian Borg jinsab fl-Italja fejn kellu laqgħa mal-Ministru mal-Affarijiet Taljan Antonio Tajani.
Hawnhekk f’kumment ma’ ONE News, il-Ministru Ian Borg qal li ż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti importanti għaż-żewġ pajjiżi fosthom l-immigrazzjoni.
“Filfatt waħda mill-laqgħat kmieni llum wara nofsinhar kienet mal-Ministru Antonio Tajani, il-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin. Hemmhekk iddiskutejna l-ħtieġa li Malta u l-Italja jkunu iżjed flimkien, jaħdmu iżjed flimkien fuq ir-reġjun tal-Mediterran fuq l-istabbilita tant meħtieġa fil-Libja u kif ukoll materjal tal-immigrazzjoni rregolari u allura milli nargumentaw bejnietna rridu nkunu flimkien sabiex l-Ewropa tifhem kif din il-pjaga, pjaga umanitarja, hemm bżonn tkun indirizzata, imma mbagħad il-piż irid jerfgħu l-kumplament tal-kontinent magħna wkoll.”
Din il-laqgħa hija l-ewwel laqgħa minndu telgħa l-Gvern ta’ Giorgia Meloni, fl-aħħar ta’ Settembru.