Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, iltaqa’ mal-Ministru għall-Ġustizzja u Rappreżentant Speċjali għall-President tal-Korea t’Isfel, Han Dong Hoon, it-Tlieta fejn iddiskuta miegħu kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet diġà b’saħħithom ta’ bejniethom.
Il-Ministru Malti sostna li hemm lok għal aktar kollaborazzjoni, b’mod speċjali f’oqsma ta’ interess reċiproku, bħall-kummerċ.
Hu stqarr li matul dawn l-aħħar 57 sena, iż-żewġ pajjiżi tagħna bbenefikaw b’mod profond minn rabtiet mill-qrib, imsejsa fuq ħbiberija stmata, fiduċja reċiproka u r-rispett.
Matul il-laqgħa ġew diskussi bosta temi, fosthom il-Gwerra fl-Ukrajna u r-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.