Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli ingħatat l-premju’Diversa Internacional’ għax-xogħol li tagħmel favur l-ugwaljanza kemm fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali.
Il-premju ġie ppreżentat lill-Ambaxxatur ta’ Malta fi Spanja, Dr. Vanni Xuereb minn Dr. Rodenas, President tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati u l-Avukati kontra r-reati ta’ mibegħda.
Huwa rringrazzja lill-Ministru Dalli għaliex bil-ħidma tagħha favur drittijiet indaqs xprunat aktar ħidma f’dan is-settur minn diversi gvernijiet madwar id-dinja.
Waqt lekċer li tat f’Madrid il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli għamlet aċċenn għall-fatt li Malta kienet minn tal-ewwel li implimentat diversi liġijiet fil-qasam tal-LGBTIQ.
Dalli spjegat kif wieħed mill-irwoli tagħha bħala Ministru għad-djalogu soċjali hu li tilħaq kull sfera tas-soċjetà u kif l-ugwaljanza trid kull faxxa tas-soċjetà. Dan qiegħed isir bit-twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ. Il-Ministru Dalli enfasizzat il-politika li mexxa l-Prim Ministru f’dan ir-rigward u kif din intlaqgħet mis-soċjetà Maltija.
Dr. Dalli, saħqet fuq l-importanza li Malta tkompli taġġorna l-liġijiet tagħha sabiex jiġi assigurat li d-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti Maltin jiġu ssalvagwardjati. Dan qiegħed issir billi l-pajjiż estenda l-programm ta’ assistenza għal gvernijiet Ewropej u qiegħed jaħdem ma’ għaqdiet internazzjonali bħall-Ġnus Magħquda.