B’reazzjoni għal stqarrija tal-MUT, il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima għal darb’oħra saħaq li dak li poġġa fuq il-mejda tan-negozjati l-Gvern, huwa l-aqwa ftehim lill-edukaturi.
Inżomm ma’ dak li għidt ilbieraħ. Iva, għalliem ġdid b’dan il-ftehim jasal biex jibda b’salarju ta’ €36,000. U din hi biss żieda waħda lill-kategorija waħda ta’ għalliema. Hemm ħafna iktar żidiet li minnhom se jibbenifika kull edukatur mingħajr il-ħtieġa ta’ load jew kwalifiċi addizzjonali.
Il-Ministru Clifton GrimaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa saħaq li diġa’ appella lill-MUT biex tagħti t-tagħrif kollu u fattwali lill-membri tagħha, fejn din imkien m’hu qed tagħmel referenza għall-aħħar żewġ laqgħat li saru din il-ġimgħa stess.
F’każ li tonqos li tagħmel dan hi, u minflok tkompli xxerred informazzjoni selettiva li tagħti stampa li mhix reali, allura l-Gvern ma jibqagħlux għażla ħlief li jippubblika kollox hu. Meta nippubblika kollox kulħadd se jkun jista’ japprezza l-vera fatti.
Il-Ministru Clifton Grima
Ara wkoll: