Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, talab lill-Pulizija tinvestiga kummenti malizzjużi li nkitbu dwaru, b’rabta mal-akkwist tal-magna tal-MRI ġdida li ġiet inawgurata ftit tal-jiem ilu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Dan wara li xi persuni, uħud moħbijin wara profili foloz, ikkummentaw fuq artiklu tal-Lovin’ Malta u allegaw kif il-Ministru Abela għamel xi tip ta’ qligħ minn fuq ix-xiri ta’ din il-magna.
Permezz ta’ kitba fuq Facebook, il-Ministru għas-Saħħa esprima x-xewqa tiegħu li jiġi investigat kull aspett tal-proċess fl-akkwist, waqt li qal li hu “intollerabbli li xi ħadd jaħseb li jista’ jħammeġ bl-addoċċ, imbagħad jistaħba”.