Ir-Renju Unit qabad triqtu biex jilħaq il-quċċata ta’ każijiet tal-Coronavirus.
Madankollu, il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock, qal li illi għadu kmieni wisq biex jitwaqqaf il-lockdown u jreġġgħu lura l-miżuri ta’ distanza soċjali.
Li kieku l-lockdown kellu jitneħħa kmieni, il-virus jista’ jerġa’ jinfirex b’mod allarmanti bħala konsegwenza.
In-numru ta’ mwiet fir-Renju Unit tela’ għal 12,868, iżda, skont statistika i ttieħdet b’mod usa tisuġerixxi illi dan in-numru huwa ikbar minn dak li qed jintqal.