Ministri u uffiċjali Ingliżi qed jistennew biex ikunu jafu jekk hux se jkollhom jiżolaw ruħhom wara li l-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid, irriżulta pożittiv għall-COVID-19.
Huwa mifhum li l-Ministru Javid kellu laqgħa mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sigħat qabel ma beda jħossu ħażin. Madanakollu, Johnson mhux meqjus bħala wieħed mill-persuni li kellu kuntatt mill-qrib mal-Ministru.
Javid diġà jinsab fi iżolament u qed jaħdem mid-dar, filwaqt li stqarr li s-sintomi li għandu huma ħfif ħafna.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/18/boris-johnson-fi-kwarantina-wara-li-kien-fkuntatt-mal-ministru-ghas-sahha-ingliz/