Mill-ewwel ta’ Frar, il-Greċja se tikkonsidra lil dawk li ma jkunux ħadu d-doża tal-booster, bħala mhux imlaqqma.
Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Grieg, Thanos Plevris f’intervista l-Ħadd.
Dan ifisser li mill-bidu ta’ Frar, dawk mhux imlaqqma bil-booster ma jistgħux imorru fi stabbilimenti.
Dan hekk kif min-nofs Novembru, il-gvern Grieg daħħal fis-seħħ miżuri li permezz tagħhom dawk mhux imlaqqma ma jistgħux imorru fi stabbilimenti bħal ristoranti, swali taċ-ċinema u gyms, fost oħrajn.
Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ, hekk kif fil-Greċja l-varjant Omicron jidher li nfirex sew fil-pajjiż, kif qed jiġri madwar id-dinja.