Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar l-Iskola Medika ta’ Harvard f’Boston, Massachusetts, kif ukoll Massachusetts General, Spaldin u Brigham, sptarijiet fejn jingħata tagħlim mediku. Dawn huma mmexxija mill-Partners HealthCare. Dawn tal-aħħar mistennija jingħaqdu mal-Vitals Global Healthcare fl-għajnuna li se jagħtu lill-Gvern Malti biex itejbu l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa u jikkontrbiwixxu fil-binja ta’ sptar ġdid u skola medika f’Għawdex. B’mod konsisteni, l-Isptar Massachusetts General, jiġi vvutat bħala l-aqwa sptar fl-Istati Uniti, filwaqt li l-Iskola Medika ta’ Harvard hija rikonoxxuta bħala l-aqwa skola medika.
Il-Ministru Malti ddiskuta l-aħjar modi kif wieħed jista’ jibbenefika mir-riżorsi tal-Partner’s Health Care bil-għan li jiżdiedu l-istandards tas-servizzi tas-saħħa offruti f’Malta u Għawdex.
Partner’s HealthCare International ħadmet ma’ diversi setturi minn madwar id-dinja. F’dawn il-laqgħat kienet diskussa l-kollaborazzjoni bejn Harvard u l-istituzzjonijiet akkademiċi ta’ Malta.