Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, qal li l-poplu Malti se jibqa’ jsib lill-forzi tal-ordni biex jipproteġih.
Permezz ta’ post fuq Facebook, huwa qal li għandu jinbagħat messaġġ lil min tgħaddilu minn rasu li jaġixxi b’dan il-mod.
Il-Ministru Camilleri żied jgħid li kull ġenitur irid l-aħjar għal uliedu, li ma jiltaqgħu ma ebda għawġ.
Huwa qal dan fid-dawl tal-każijiet li ġraw ftit ġranet ilu, dak fil-Belt Valletta u dak fil-Gżira.
Għal darba oħra, huwa wera fiduċja fil-Pulizija, li ħadu passi effettivi biex ressqu lil dawk ikkonċernati quddiem il-ġustizzja.
Hu temm billi stieden lil dawk li għandhom bżonn xi tip t’għajnuna biex ifittxuha u jaċċettawha, filwaqt li jagħrfu li l-ħajja hi isbaħ f’komunità fejn kulħadd juri rispett lejn xulxin.