Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, akkumpanjat mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia daħlu fil-palazz ta’ Sant’Anton biex jippreżentaw kopji tal-Budget lill-President ta’ Malta George Vella.
Il-President ta’ Malta ffirma l-kopji tal-Budget.
Il-Ministru Caruana bil-bagalja tal-Budget f’idu daħal f’Sant’Anton wara li mill-Ministeru għall-Finanzi fil-Belt saq hu nnifsu lejn il-palazz.
Mill-palazz ta’ Sant’Anton il-Ministru għall-Finanzi reġa’ qabad it-triq lejn il-Belt biex imur fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jiġifieri fil-Kamra tar-Rappreżentanti u jaqra d-diskors tal-Budget li qed iressaq il-Gvern għas-sena d-dieħla.