Ftit qabel l-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana daħal fil-palazz ta’ Sant’Anton biex jippreżenta kopja tal-Budget lill-President ta’ Malta George Vella.
Il-Ministru Caruana bil-bagalja tal-Budget f’idu daħal f’Sant’Anton wara li mill-Ministeru għall-Finanzi fil-Belt saq hu nnifsu lejn il-palazz.
Ftit tal-ħin wara deher dieħel l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.