Il-Minsitru għall-Finanzi Brittaniku, Jeremy Hunt, qal li jrid li l-ġenituri Brittaniċi jirritornaw għax-xogħol fosthom billi jiġu eliminati xi ostakli minħabba l-ispejjeż kbar li jħallsu għaċ-childcare. Hunt żied jgħid li fir-Renju Unit hemm madwar 700,000 ġenitur b’paga baxxa jew fuq beneffiċji mogħtija mill-gvern.
Il-Ministru Brittaniku qal li dawn l-ostakli jistgħu jitnaqqsu billi fost oħrajn il-ġenituri jitħallsu għaċ-childcare bil-quddiem minflok bl-arretrati.
Hunt tkellem ukoll dwar il-kollass tal-bank Silicon Valley u qal li l-gvern Brittaniku qed jaħdem dwar it-tħassib tan-nies li jinsabu inkwetati dwar il-ħlas tal-pagi kif ukoll għal-likwidità tal-kumpaniji.
Huwa żied jgħid li ma hemm l-ebda riskju għas-sistema finanzjarja tar-Renju Unit madanakollu qal li hemm riskju serju fuq is-setturi tat-teknoloġija u tax-xjenza. Temm jgħid li l-gvern qed jaħdem fuq soluzzjoni għal din