Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, illum ippreżenta d-donazzjoni minn Good Causes Fund lill-Kap Eżekuttiv ta’ ALS Malta, Bjorn Formosa.
Din id-donazzjoni se tkun qed tgħin lil ALS Malta jixtru maġni BIPAP, li jintużaw biex iwasslu l-ossiġni permezz ta’ maskra lill-pazjenti tal-MND u l-ALS.
L-għan ewlieni ta’ Good Causes Fund hu li jgħin individwi u organizzazzjonijiet li li jkollhom proġetti ta’ għajnuna għal ħaddieħor.