Waqt is-summit tal-COP29, f’Baku, il-Ministru għall-Enerġija Awstraljan, Chris Bowen, faħħar it-twaqqif tal-Climate Action Authority f’pajjiżna.
Huwa qal dan waqt laqgħa organizzata minn Malta, flimkien mal-Awstralja u l-Emirati Għarab Magħquda.

“I want to congratulate Malta for its good new policy of a Climate Change Authority. It’s well best practice, the first in Europe, it’s good governance.”
Din il-laqgħa ffokat fuq l-isforzi ta’ pajjiżna biex tintegra l-azzjoni klimatika f’kull aspett tal-governanza u tas-soċjetà.
Malta qed tieħu passi ambizzjużi biex tisfrutta l-enerġija mir-riħ u mix-xemx fl-ibħra tagħha, inkluż b’kollaborazzjonijiet ma’ pajjiżi oħrajn, bħal dawk tal-MED9, biex il-Mediterran isir ċentru għall-enerġija nadifa.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm l-Ministru għall-Enerġija Maltija, Miriam Dalli, u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għal Azzjoni fil-Klima, Abigail Cutajar.