Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo xejjen għal kollox spekulazzjonijiet fil-midja dwar il-futur tiegħu.
Meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-futur tiegħu, il-Ministru Bartolo qal li huwa jinsab iffokat fuq xogħlu bħala Ministru tal-Edukazzjoni bil-ħsieb li jkompli bir-riformi li qegħdin jitwettqu fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna u li diġà qed jagħtu bosta riżultati pożittivi.