Malta se tkompli taħdem sabiex tippromwovi djalogu ħaj u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, waqt laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, António Guterres.
F’din il-laqgħa, il-Ministru Borg reġa’ tenna l-prijoritajiet ta’ Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurtà u spjega kif Malta temmen dwar dwar l-importanza ta’ fora multilaterali bħan-Nazzjonijiet Magħquda.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li Malta hija pajjiż b’relazzjoni eżemplari man-Nazzjonijiet Magħquda u qal li jistenna bil-ħerqa li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn Malta u n-Nazzjonijiet Magħquda.
Borg qal, “Mas-Segretarju Ġenerali tkellimna, anki fuq ir-reġjun li huwa ta’ importanza kbira għalina, il-Mediterran, il-kunflitt fl-Ukrajna u anki temi oħrajn.”