Is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol kienet it-tema magħzula mill-Mental Health Association Gozo għal-laqgħa ġenerali annwali ta’ din is-sena.
Waqt l-indirizz tagħha, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li skont studju li sar mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, l-inċidenza ta’ problema ta’ saħħa mentali f’Għawdex hija iktar akuta u għalhekk il-ħtieġa li nitkellmu fuq din l-isfida u nipprovdu soluzzjonijiet.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex determinat li jagħti l-għajnuna kollha possibbli biex tiġi indirizzata din l-isfida. Il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fil-fatt hija mifruxa fuq diversi binarji.
L-ewwel u qabel kollox kampanji ta’ għarfien anki permezz ta’ messaġġ f’roundabout prominenti f’Għawdex u dan flimkien ma’ diversi inizjattivi u kampanji ta’ għarfien li saru u qed isiru fl-iskejjel u positijiet oħrajn flimkien mal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali.
It-tieni, l-ħidma biex insaħħu s-servizzi u allura l-proġett tal-Ministeru għal Għawdex li jikkonsisti f’dar fil-komunità fl-Għarb li ser tintuża mill-Mental Health Association Gozo biex toffri diversi servizzi fil-komunità.
It-tielet, inizjattivi direttament marbuta mat-tema tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u allura s-sessjonijiet ta’ benesseri li l-Ministeru għal Għawdex qed joffri lill-ħaddiema tiegħu b’kollaborazzjoni ma’ Sir Michelangelo Refalo Sixth Form, liema sessjonijiet huma mmirati biex jingħata taħriġ dwar ħiliet meħtieġa biex tiġi protetta u msaħħa s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.
Il-Ministru Caruana raddet ħajr lill-Mental Health Association Gozo u lill-professjonisti u voluntiera kollha fil-qasam għall-ġidma sfiqa f’dan il-qasam.
Ritratti: MGOZ