Il-Ministru għal-Għawdex Justyne Caruana ser tħabbar tibdil fis-sussidju li jingħata lill-istudenti Għawdxin li qed jistudjaw f’Malta.
Dan is-sussidju jingħata lill-istudenti Għawdxin kull tliet xhur, fejn jgħinhom iħallsu l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni.
Il-GUG, l-għaqda studentestika Għawdxija qed tistieden lill-istudenti Għawdxin kollha biex jattendu għal din l-attività li ser tiġi mtella’ fl-Università ta’ Malta, għada l-Ġimgħa fl-10:30 ta’ filgħodu.