Il-Ministru għad-Difiża Ukren qal li l-Ukrajna saret membru de facto tan-NATO, huwa qal dan waqt intervsita ma’ BBC, hekk kif innota li l-pajjiżi tal-Punent biddlu l-ħsieb tagħhom dwar l-assistenza militari li għandha tingħata l-Ukrajna.
Il-Ministru Ukren, Oleksii Reznikov, żied jgħid li huwa ċert li issa l-Ukrajna se tirċievi l-armamenti li għandha bżonn biex tkun ippreparata għall-ġlied ġdid fir-rebbiegħa kontra r-Russja.
Reznikov ċaħad li dawn l-istqarrijiet jistgħu jitqiesu bħala kummenti kontroversjali kemm mir-Russja u anke min-NATO, għaliex minkejja li din l-alleanza qed tagħti s-sapport tagħha lill-Ukrajna, xorta qed toqgħod lura biex ma titqiesx bħala parti mill-kunflitt.
L-invazjoni Russa fl-Ukrajna hija battalja tal-President Vladimir Putin kontra l-pajjżii tal-Punent li jridu jdgħajfu lir-Russja.