Ilbieraħ, il-Ministru għad-Difiża Taljan ċaħad rapporti li deheru fil-midja, li flotta ta’ bastimenti navali Russa kienet qed tbaħħar fil-Kanal ta’ Sqallija.
Fil-fatt, skont l-informazzjoni miġbura, il-flotta kienet qed tbaħħar mill-ibħra internazzjonali, u li n-NATO kienet qed issegwi l-vjaġġ tal-bastimenti navali li telqu mill-portijiet ta’ Severo-morsk u Bolt-isk f’nofs Jannar li għadda.
Uffiċjal fil-Ministeru għad-Difiża Taljan qal li n-NATO qed tkompli tissorvelja l-flotta.
Żied jgħid li la l-forzi tan-NATO u lanqas dawk Russi ma wrew xi mġieba jew intenzjoni li jeskalaw is-sitwazzjoni, fost it-tensjonijiet u l-biża’ li r-Russja tinvadi l-Ukrajna.