Il-Ministru għad-Difiża tal-Greċja sostna lil kienu r-residenti taż-żona milquta li wasslu għall-ikbar nirien li laqtu l-Greċja.
Panos Kammenos saħaq li r-residenti bnew illegalment viċin żoni bis-siġar u mblukkaw postijiet minn fejn setgħu jiġu evakwati n-nies.
Il-Ministru kien ikkonfrontat minn residenti rrabjati fl-Lvant t’Ateni.
Minn tal-inqas wieħed u tmenin persuna nqatlu kawża tan-nirien u qed tikber il-biża’ li jinstabu iżjed nies mejta hekk kif numru ta’ persuni għadhom rapurtati nieqsa.