Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella, dalgħodu ltaqa’ mal-Ministru Pollakk għall-Affarijiet Barranin, Witold Waszcykowski.
Mal-wasla tiegħu l-Ministru Pollakk iffirma l-ktieb tal-viżitaturi u wara komplew b’laqgħa fil-magħluq.
Kienet aġenda estensiva fejn iż-żewg pajjiżi ddiskutew kwistjonijiet bilaterali dwar il-Brexit, Presidenza Amerikana, is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u l-futur tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Pollakk qal li bħalissa Malta għandha l-attenzjoni kollha fuqha minħabba li qed tieħu ħsieb il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’mument fejn l-Unjoni Ewropea qegħda f’salib it-toroq.
Hu esprima sodisfazzjon lejn il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija u jħares ‘il quddiem li jittaffu l-isfidi tal-migrazzjoni
Aktar tard il-Ministru Pollakk se jkun qed jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.