Dalgħodu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-Ministru Vella kien passiġġier fil-karozza uffiċjali tal-Gvern fi triqtu lejn il-Ministeru, meta vettura oħra baqgħet dieħla fil-karozza li kien fiha l-Ministru Vella.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, iżda l-karozza uffiċjali ġarrbet ħsarat konsiderevoli. Il-Pulizija ssejħet fuq il-post biex twettaq il-proċedura normali tagħha.